Make your own free website on Tripod.com

 

 

                       

                                          

  

                                            

                                                                        

                                                                                  

                          

 

                                

       

(by Charlie)

---A.S.M.---MOTOCROSS IN MALTA by--- CHARLIE---DINGLI---

 

 

ASSO~JAZZJONI SPORT MUTURI

Belt il-{miel, Mtarfa.

lmwaqqfa nhar l-14 t’April 1985

Korsa Nazzjonali ta'Qali Malta

REGOLAMENTIMOTOCROSS

Ottubru 2010

Regolamenti tal-Motocross

Sezzjoni Nru. 1 Regolamenti ghar-Rider

1.1 Kull Rider irid joqghod ghal ezami mediku u tas-sewqan, li jistghu jsiru minn tabib jew

instructor ta’ l-A.S.M..

1.2 Jekk Rider Jinqabad gewwa l-korsa mhux ghal skop ta’ training, Izda ghal xi ragunijiet

personali, dan jitressaq quddiem il- kumitat tas-sezzjoni u wara jider quddiem il-Kumitat

Ezekuttiv, u jehel penali skond kif jiddeciedi l-kumitat ezekuttiv presenti.

1.3 Ir-Rider irid jilbes ilbies protettiv kemm waqt it-tahrig, kif ukoll waqt il-kompetizzjonijiet.l-ilbies

jikkonsisti: f’ Helmet, zarbun addattat u hwejjeg ohra protettivi, Izda mhux xi Tee-shirt xi

hwejjeg tan-nylon jew xi shorts. Dan ghandu jilbes il full Motocross Kit. (ara 5.4 sa 5.7)

1.4 L-ebda Rider ma jista’ jaqsam il-korsa biex iqassar, jew jghaddi minn xi mkien iehor, hlief

dak indikat mill marshals. Jekk Rider jitlef il-kontroll tal-mutur u johrog barra mil-korsa, dan

irid jerga jidhol minn fejn hareg jew minn l-eqreb post minghajr ma jqassar il-korsa jew jiehu

xi forma ta’ vantagg.

1.5 In-numru li juza r-Rider fuq il-mutur irid ikun:-

a) moghti lilu mill-ufficjali ta’ l-A.S.M.

b) numru abjad fuq sfond iswed u ta’ hxuna wahda

c) imwahhal fuq ix-xellug u l-lemin tal-mutur kif ukoll fuq quddiem fejn u possibli.

d) l-ebda Rider ma jista jibdel in-numru minghajr l-approvazzjoni ta l-ufficjali ta’ l-

A.S.M. Jekk Jinbidel in-numru bi qbil ma l-ufficjal inkarigat, dan ghandu jinforma

lill-Clerk of the course fl-ewwel attivita li jkun imiss.

1.6 Kull kompetitur irid jiffirma dokument li permezz tieghu, il-kompetitur jesonora lil A.S.M., lufficjail

u l-isponsors taghha kollha, minn kull inkwiet li jista jiffaccja matul u wara lkompetizzjoni.

1.7 Kull protest ghandu jsir minn kompetitur tal-gurnata, bil-miktub mhux aktar tard minn 30

minuta wara li tispicca l-kompetizzjoni. Kull protest irid ikun akkumpanjat b’depozitu ta’

€35:00, liema depozitu jintilef jekk min ressaq il protest jinsab li ma ghandux ragun.

1.8 Kull Rider irid jobdi l-istruzzjonijiet ta’ l-ufficjail jew marshals, kemm waqt il- kompetizzjoni kif

ukoll waqt it-tahrig, f’kull gurnata.

1.9 Kull mutur irid ikun ipprezentat ghal kull kompetizzjoni skond ir-regolamenti ta’ l-A.S.M.

1.10 Ir-Rider qatt ma jista jidhol fil-korsa minghajr il-permess ta’ l-ufficjal inkarigat u QATT ma

jista jsuq kontra d-direzzjoni normali tal- korsa. Jekk Rider jidhol fil- korsa waqt xi event u ma

jkunx ha permess minghand l-ufficjal inkarigat mill-attivita tal-gurnata, dan jigi skwalifikat dak

il-hin stess.

1.11 L-A.S.M. permezz tal-ufficjal mahtur biex imexxi l-iskrutineering, tista titlob li l-magna talmutur

tigI miftuha jekk ikun hemm xi suspett li c-cilindrata tal-mutur ma tkunx dik permessa

mir-regolamenti. F’dan il-kaz, l-A.S.M. thallas lir-Rider l-ispejjes li ragonevolment jidhol fihom

il-kompetitur, kemm il-darba Ic-cilindrata tal-magna tkun skond ir-regolamenti. Fl-ebda kaz

dan il-hlas ma jaqbez il-€25:00. Jekk jigi kkonfermat li l-magna ma' tkunx skond irregolamenti:-

a) Il-kompetitur jehel multat ta’ €100

b) Ma jkunx jista jiehu sehem f’attivitajiet organizzati mil- A.S.M. sakemm isir il-hlas.

c) Jigu mnaqqsa 10 punti mill-kampjonat.

1.12 Kull Rider irid ikun membru affiljat ma l-A.S.M., u jrid jirreggistra l-mutur tieghu qabel kull

kompetizzjoni u jkun hallas il-mizata miftehma mill-Kumitat Ezekuttiv. Jekk ir-Rider jonqos li

jaghmel dan, ma' jkunx jista’ jiehu sehem fl-attivita.

1.13 Jekk l-imgieba ta’ xi Rider ma tkunx skond l-ordni u ir-rispett lejn l-ufficjalli, ir-Riders, jew

persuni ohra, dan jigi skwalifikat u jista jehel piena ohra mill-Kumitat Ezekuttiv, skond il-kaz.

1.14 Ir-Riders iridu juzaw iz-zewgt (2) rapprezentanti fil-Kumitat tal-Motocross biex

jirraprezentawhom ghal xi diffikultajiet u waqt xi kompetizzjoni.

1.15 Il-Kumitat Izomm id-dritt li jzid, inaqqas jew jibdell xi regolamenti skond kif ikun mehtieg

matul Iz-zmien. Dawk ir-regolamenti miftehma huma obligatorji daqs dawk miktuba

1.16 Il-Kumitat Izomm id-dritt li jnaqqas in-numru ta’ tigrijiet jew laps skond il-htiega tal gurnata.

1.17 Il-Kumitat organizzattiv Izomm id-dritt li jista jirifjuta xi Rider milli jiehu sehem f’xi attivita jekk

jidhirlu li s-safety tar-Rider jew tal-mutur tista tkun ta periklu, jew mhux skond ir-regolamenti

tal-A.S.M. jew f’ kazi partikulari, tal-gurnata.

1.18 Jekk Rider jigI konfermat li jkun ha ammont ta’ alkohol, drogi, medicina, etc.. dan ma

jithalliex jiehu sehem fl-attivita. Wara dan jista jeheI u/jew jigi penalizat mill-Kumitat Ezekuttiv

tal-A.S.M.

1.18.2 Kull Rider jista jigi mitlub joqghod ghal ‘Doping Test’ b’approvazzjoni tal-Kumitat ASM

1.19 Il-kundizjoni fizika tar-Rider trid tkun tajba, u dan irid ikun ikkonfermat mill-Clerk of the

Course inkarigat mill-A.S.M.

1.20 Kull Rider irid jinzel ghal Warm-Up li ssir qabel l-Ewwel Heat jew kull meta jigi ordnat.

Min ma jinzilx fil-hin jitlef l-opportunita li jghamel il-Warm-Up.

1.21 Ma Jistax isir giri u provi tal-Muturi fil-Paddocks kollha. Is-sewqan fil-paddocks huwa limitat

biex wiehed johrog u jidhol mil-korsa u biex il-mutur jittella fuq it-trailer.

Provi jistaw isiru biss fil-korsa, bil-permess miftieghem mar-Race Directors tal-ASM.

Tinghata penalita lill min ma jobdix din ir-regola.

1.22 Kull rider irid jirregistra u jkun membru mal-ASM, ihallas il-Mizata tal-Membership u tar-

Race Registration skond kif stipulata mil-Kumitat Ezekuttiv tal-ASM.

1.23 Kull rider tal-kampjonat irid ikollu 18 il-sena.

Sezzjoni Nru. 2. Regolamenti tal-Kompetizzjoni

2.1 Kemm il darba l-kompetitur ma jsegwix l-istruzzjonijiet tal-ufficjali jew tal-marshals dan jitlef

10 punti mit-total tal-Heats tal-gurnata. Dan jista jbiddel il-pozizzjoni finali fil-klassifika.

2.2 Rider irid jirregistra l-mutur tieghu fil-hin stipulat mill-A.S.M. (ara sezz.1 Nru. 12) Jekk dan

ma jsirx, dan ma jkunx jista jippartecipa f’dik il-kompetizzjoni jew attivita.

2.3 Ir-Rider jinghata puntegg skond il-puzizzjoni finali f’kull heat tal-gurnata. (ara Tabella Nru 1)

Jekk Rider jircievi penalita, il-punti ta din il-penalita jitnaqqsu mill-punti tal-Heats.

2.4 Dawn it-tigrijiet ikunu ta’ (3 Heats ta’ 10 minuti u Lap (10 minuti + 1 Lap) f’kull heat. In-numru

ta’ dawriet jista jitnaqqas skond il-htiega tal-gurnata, kif imsemmi f’sezzjoni 1.16.

2.5 Jekk Rider ma jkunx prezenti fuq il-'Gate' u lest fuq l-'istarting Line' fi zmien zewg minuti

minn x’hin jinghata sinjal dan jigi eliminat ghal dik it-tigrija biss.

2. 6 Free Practice/Warm-up Laps. Dan ikun ta’ mhux iktar minn 15 il-minuta. Kif tintwera il-

Bandiera tal-Finish, ir-riders kollha johorgu minn l-istess parti tal korsa lejn il-paddock.

2.7 Kull marshal point huwa mistenni li jkollom zewg marshals, wiehed biex Izomm il-bandiera

u l-iehor biex jghin lir-Rider. Dawn mistennija li jilbsu il-Bibs halli jidhru.

2.8 Punti tal-gurnata

F’kull Heat tal-Gurnata kull Rider jiehu punti kif jidhru fit-tabella Nru 1 u dan skond kif jispicca

it-tigrija ta’ dik il-Heat, basta jkun saq mhux inqas minn 3 Laps.

Dawn il-punti jservu biex jigi identifikat it-Total ta’ punti tal-gurnata ghal kull Rider u tohrog ilklassifika

generali tal-gurnata.

(NB). Punti ta’ Penalita waqt it-tliet Heats jitnaqqsu mit-total tal-punti mirbuha fit-tliet Heats u

wara dan it-tnaqqis issir il-Klassifika Generali tal-Gurnata.

2.9 Punti li jghoddu ghal Kampjonat:-

Dak ir-Rider li jirbah l-ghola punti fil-Heats tal-gurnata skond artiklu 2.8, jirbah l-Ewwel Post u

jiehu 25 punt ghal ‘Klassifika tal-Kampjonat’ skond Tabella Nru 1.

Ir-Runner-up u il-kumplament tar-Riders jiehdu l-Punti mit-Tabella Nru 1 skond il-Klassifika

Generali tal-gurnata, Ezempju:- It-Tieni post tal-gurnata jiehu 22 punt, it-Tielet jiehu 20 punt

fil-klassifika tal-Kampjonat, etc.

2.9.2 (NB). F’Kaz ta’ Parita fil-Punti, dak ir-Rider li jirbah l-ahjar pozizzjoni fuq il-Finish Line ta l-

Ahhar Heat meta komparat mal-pari tieghu, jiehu il-vantagg tal-pozizzjoni u il-pari l-iehor

jiehu il-post ta’ warajh.

2.9.3 F’kaz ta Parita f’xi Post bejn zewg kompetituri, hadd ma jirbah il-post ta’ wara dawn izda

jinqabez post fil-klassifika. Dan jghodd ghat Trofies, ghal-Punti tal-Kampjonat, Klassifika

ASM u dik Gurnalistika, u ohrajn

2.9.4 Dawn is-sistemi jridu jigi applikatati f’kull kaz u f’kull parita fil-‘Klassifika Generali’ tal-gurnata.

2.9.5 F’kas ta’ parita fil-punti tar-riders fi tmiem il-kampjonat MX, dak ir-rider li rebah l-iktar l-ewwel

postijiet, jigi ddikjarat ir-rebbieh. Jekk tibqa l-parita, naraw l-akbar numru tat-Tieni post, etc.

2.10 Kull Rider huwa responsabbli ghal ghemil tieghu u tas-supporters tieghu ukoll.

2.11 Waqt tigrija jekk Rider ma jaghmelx hiltu biex ikun kompetittiv jista jintalab jirtira u jista jigi

penalizzat mill-Kumitat Ezekutttiv tal-ASM.

2.12 Meta Rider jaqta il-Finish Line, irid ikun ghadu f’kuntatt mal-mutur.

2.13 Ir-Riders kollha jridu jaqsmu il-Finish Line mhux iktar tard minn 5 minuti wara li jasal irrebbieh

ta’ dik it-tigrija. Jekk dan ma jsehhx, l-ahhar Lap ta’ dak ir-rider ma tghoddx firrizultat.

2.14 Il-Marshal jista’ jghin lir-Rider waqt il-kompetizzjoni fil-korsa, meta jaqa, jew biex jistartja ilmutur

jew xi ghajnuna ohra minhabba is-safety.

2.15 Id-dati tal-Kampjonat tal-Motocross ikunu approvati mill-Kumitat Ezekuttiv tal-ASM

Il-Kampjonat ikun ta’ mhux inqas minn seba (7) events sakemm ma jkunx hemm raguni

valida biex dan in-numru jizdied jew jitnaqqas.

Sezzjoni Nru 3 Bandieri

3.1 Bandieri

Start Bandiera Nazzjonali Tluq minn wara il-Gate.

Hamra Periklu fil-Korsa kulhadd jieqaf u jitfi l-Mutur fejn ikun.

Tintwera wkoll meta jkun hemm ‘False Start’.

Hadra Korsa normali ma hemmx periklu aktar fil-korsa.

Blu Fissa Halli lil ta warajk jaqbzek ghax qed jghaddik b'dawra jew

huwa veloci hafna aktar minnek.

Blu Tperper Issakkar lill Hadd. Wara din tista tohrog Bandiera ta’

‘Warning’. Din tiswa Hames (5) punti ta’ Penalita.

Safra Fissa Periklu fil-korsa. Suq b-attenzjoni kbira u naqqas li speed

Safra Tperper Diffikulta jew Periklu fil-korsa, naqqas li speed u hadd ma jista

jaqbez lil iehor. Min jaqbez fuq bandiera safra jehel 10 punti.

Sewda u Bajda Djagonali Warning, jekk tigi muri din il bandiera sinjal li ma kontx sportiv

u kull darba li tigi murija din il bandiera jonqsulek 10 punti

Sewda Jekk Rider jigi muri din il-bandiera dan ikun gie skwalifikat ghal

kumplament tal-gurnata. Jekk Rider ma jghatix kaz din ilbandiera

u jibqa jsuq fuq bandiera sewda dan jehel tigrija ghal

kull dawra li jkun ghamel fuq il bandiera.

Bajda b'Salib Iswed Djagonali L-ahhar dawra.

Checkerd: Bajda w Sewda Tmiem tat-tigrija, tahrig jew qualifika.

Sezzjoni Nru 4 It-Tigrija

4.1 Waqt tigrija jekk Rider johrog mill-korsa u jmur lura fil-paddock, dan ma jistax jerga jidhol filkorsa

u jkompli t-tigrija.

4.2 Waqt tigrija Rider ma jistax jinghata ez. petrol, ilma, spark plugs, et`….. (Ara 2.14 ukoll)

4.3 Il-korsa tinharat qabel kull tigrija sal-Gimgha f’nofs il-lejl u s-Sibt jista jsir training fuqa qabel

it-tigrija tal-Hadd. Il-korsa ma tergax tinharat sal-Hadd tat-tigrija tal-kampjonat.

4.3.2 Dawk li jkunux membri mhallsa mal-ASM, Ma Jistawx jghamlu l-ebda training fuq il-korsa.

4.4 Jekk it-tigrija titwaqqaf wara erba' (4) laps tal-Leader jew aktar minn nofs il-Laps (50%) tattigrija

ir-rizultat johrog fuq l-ahhar dawra ta’ qabel ir-Red Flag.

4.4.2 Jekk titwaqqaf sa u waqt ir-Raba’ (4) Lap, din titqies daqs kieku ma saretx, u t-tigrija terga

tibda.

4.4.3 Jekk xi Riders ma jistawx jergaw jidhlu fir-Re-Start fil-hin, it-tigrija tibda ninghajrhom.

4.5 Jekk tigrija tigi mwaqqfa minhabba incident ta' xi Rider, dak/dawk li jkun gie ‘Black Flagged’

ma jkunx jista jiehu sehem f’dik it-tigrija jekk ikun ha jsir Re-Start’.

Jekk rider ikun weggha, dan irid jigi certifikat ‘OK’ mit-Tabib/Head Nurse tal-gurnata.biex

jerga jidhol fir-Re-Start’. F’kull kaz, ma jistax jizdied in-numru ta’ riders fir-Re-Start.

4.6 Jekk Rider jasal tard ghal xi attivita u l-ewwel Heat tkun bdiet dan jithalla jsuq mil-heat ta’

wara. Rider jista’ jitlef l-ewwel heat biss u ma jistax jidhol fit-tigrija meta din tkun bdiet.

4.7 Warning tiswa Hames (5) punti ta’ penalita. Din titnaqqas mit-total ta’ punti tal-gurnata u jista

jkollha effett negattiv fuq ir-rizultat tal-gurnata.

4.7.2 Black Flag lir-Rider, dan jitlef il-punti, it-trofy u jirtira mil-kumplament tal-attivita.

4.8 Trofies ghal kull Tigrija skond in-numru ta’ kompetituri fil-gurnata.

Mhux aktar min tlett trophies jew nofs in-numru ta’ muturi prezenti jekk ikun hemm anqas

min sitt muturi fil-bidu tal-kompetizzjoni.

4.9 Il-klassijiet tal-Muturi huma kif gej: Beginners (B) u Experienced (A). Beginner jitqies

Experienced mill-Kumitat ASM. Wara li rider ikun ilu Sena jsuq mhux inqas min 50% talevents

tal-Kampjonat jew ikun ha sehem fi tliet (3) events f’kull wiehed minn (3) kampjonati,

dan jigi klassifikat mal-Klassi Experienced ‘A’.

4.10 False Start. It-tigrija tista titwaqqaf waqt l-ewwel Lap.

4.11 Jump Start. Min jaghmel ‘Jump Start’ u jwahhal il-Gate tieghu, it-tigrija tkompli.

Sezzjoni Nru 5. Il- Mutur:

5.1 Il-frame tal-mutur irid ikun f’kundizzjoni tajba u wkoll il-Footrests, swing-arm u frieket.

5.2 Tyres; Dawn iridu jkunu tat-tip Off Road u mhux tat-triq. It-tyres iridu jkunu preferibbilment

bit-tubu u d-disinn jew grooves/blocks ikun fihom mhux inqas minn 3mm ta’ lastiku fl-iktar

parti baxxa.

Ir-Rims tar-roti jridu jkunu f’kundizzjoni tajba, u minghajr spokes neqsin jew maqtughin.

5.3 Is-seat, tal-mutur irid ikun ta kwalita tajba u marbut sod mal-frame.

5.4 Is-Safety Helmet, (Tip tal-MX) Irid ikun ta’ kwalita tajba, tinqafel tajjeb, tat-tip Full-Face u

b’Chin Protector. Dan irid ikun immarkat bit tabelli ta’ Standards konformi mal-FIM

5.5 Eye Protection. Dan irid jintlibes mir-rider f’kull Start ta’ Practice, Warm-Up u/jew Tellieqa.

5.6 Hwejjeg li jghattu il-gisem kollu u kit tal-Cross biss jista jintuza. Dan jikkonsisti fi:- Ingwanti,

Qalziet Twil, Jersey, Goggles, Chest/Back Protector.

Hwejjeg; tan-nylon,Tee-Shirts u shorts mhux permessi.

5.7 Zarbun; apposta ghal Cross irid jintuza. Neck-Protector huwa rakkomandat li jintlibes.

5.8 Il-magna; din tista tigi modifikata izda c-cilindrata tkun konformi ma’ Art. 5.17

5.9 Il-Brakes; dawn iridu jkunu kappaci jillokkjaw Iz-zewg roti.

5.10 Il-Levers; ta’ fuq il-handle bar irid ikunu ta’ kwalita tajba u jkollom il-bocca fit-tarf.

5.11 Il-Handle Bar; dan irid ikun bicca wahda u f’ kundizzjoni tajba.

5.12 It-Tank tal-Fuel; irid ikun marbut sew mal-frame u t-tap irid ikun jinqafel tajjeb.

5.13 Is-Silencer; dan irid ikollu shields protettivi tal-fabrika fejn hemm bzonn.

5.14 L-ebda oggett tal-hgieg jew metal bi xfar ma jista jitwahhal mal-mutur.

5.15 Il-Hoss mis-silencer jkun sa 94db/A imkejjel fuq skala ‘A’ ghal distanza ta’ nofs metru (20’’)

5.16 It-throttle irid ikun jinzel wahdu ghal pozizzjoni Idling.

5.17 Ic-cilindrata tal-mutur tkun mhux izghar minn 175cc sa 250cc/4 Stroke jew sa

144cc/2 Stroke. Muturi b’cilindrata barra dawn il-qisien jithallew jikkompetu fil-Kampjonat tal-

ASM sakemm johrog avviz ufficjali mil-Esekuttiv tal-ASM.

Tista ssir klassi ghall Muturi b’cilindrata barra dawn il-qisien f’ 5.17 b’approvazzjoni tal-ASM

Sezzjoni Nru.6 Scrutineering

6.1 Kull mutur irid jigi ccekkjat qabel il-kampjonat, dan jista jigi ccekkjat ukoll minn skrutineer tassezzjoni

qabel kull tigrija. Dan jithalla jsuq jekk jinghata Passed Test’ mill- uffcjal tal-A.S.M.

li jiehu hsieb is-Safety tal-mutur u tar-Rider.

6.2 Kull Rider irid ikollu l-ghodda mehtiega biex ikun jista jigi ccekjat il-mutur mill-iskrutineer.

6.3 L-iskrutineer Izomm id-dritt li jiccekja s-safety ta kull mutur matul kull attivita tal-gurnata, tul

il-kampjonat u sezzjonijiet tat-tahrig.

6.4 Il-Kumitat Organizzattiv izomm id-dritt li jiccekja l-ewwel tlett muturi rebbieha tal-gurnata, jew

l-ewwel tlett muturi rebbieha wara kull tellieqa, jekk dawn ma jkunux skond ir-regolamenti

permessi dawn jehlu penali kif imsemmija f’sezzjoni 1 Nru.11.

6.5 L-ebda reklam li jkun ta kompettizzjoni diretta ma l-isponsor ufficjaili tal-A.S.M., ma jista

jintuza fuq il-mutur jew is-sewwieq.

6.6 Hemm penali ta’ €25:00 ghal kull min jitlef Ic-cavetta tal-gate tal-korsa.

Sezzjoni Nru.7 Punti generali u ohrajn.

7.1 Warning Flag u Black Flag:- (Ara 4.7)

Black Flag lir-Rider. Jista jinghata penalita ohra mil-Kumitat Esekuttiv tal-ASM.

7.2 Trofies ghal kull Tigrija skond in-numru ta kompetituri fil-gurnata.

Mhux aktar min tlett trophies jew nofs in-numru ta’ muturi prezenti fil-bidu tal-attivita.

Jekk fil-bidu tal-kompetizzjoni jkun hemm 6 Kompetituri fi klassi jew iktar, jinghataw 3 trofies,

Jekk sa 5 Kompetituri fi klassi, jinghataw 2 trofies,

Jekk sa 3 Kompetituri fi klassi, tinghata trofy wahda (1).

7.3 Talba ghal-Licenzja ghal Kompetizzjoni barra minn Malta.

L-ASM taccetta li tohrog licenzja lir-Rider/s jekk l-imgieba tar-Rider u hiliet ohra tkun tisodisfa

il-kriterji mitluba mil-ASM.

 

 

 

           TMIEM.          

 

 

 

[ Home] [ News] [ Championship] [Heats Results]

[ List of Riders] [Riders Photos]  [Regolamenti Motocross] [Read Here] [In Memory Of...]

      Send mail to   eagleeye@searchmalta.com  or  eagleeye@di-ve.com  with questions or comments about this web site.
                                              Last modified: 04/06/09                         Hit Counter